Description
Meta s-sema jibda jaqa’ fuqna biċċa biċċa, kif se nġibu ruħna?
F’din il-ġabra provokattiva, Victoria Pisani tneżża’ l-faċċata tad-diċenza biex tikxef il-verità assurda ta’ Malta kontemporanja. Tintroduċina ma’ Jonathan u Mandy huma u jittantaw jinnavigaw id-distanza ta’ bejniethom b’sett dammi erotiċi. Ma’ Debbie, li ċċempel il-helpline tas-saħħa mentali tlettax-il darba f’ġimgħa. Ma’ nannu ribelluż, missier iċċassat u debba tax-xitan fi kriżi. U tlaqqagħna ma’ soċjetà ossessjonata bil-purità tal-ilsien Malti waqt li s-sema qed jikkrolla litteralment.
Kriżijiet u kummiedji, imma fuq kollox, serjetà. Meta waqa’ s-sema jibqa’ jqaxxar sakemm ma jibqa’ xejn ħlief il-Malti għarwien quddiem il-mera.

Reviews
There are no reviews yet.