Description
L-aktar rumanz intensament emozzjonali li se taqra dis-sena
Pietro Borzacchi tiqaflu l-karozza fl-agħar mument possibbli — meta jkun qed jivvjaġġa m’ibnu Jacopo fi triq twila fil-kampanja Taljana.
B’xorti tajba jiltaqgħu m’Oliviero, il-mekkanik li jirmunkahom sar-raħal ċkejken ta’ Sant’Anna del Sannio. Sakemm isewwilhom il-karozza, il-missier u l-iben joqogħdu f’dar-raħal tal-istampi fejn, iridu jew ma jridux, ikollhom jgħixu għal ftit ma’ niesu.
Iżda anke fosthom, Pietro jħossu mhux mifhum. Għax minħabba ibnu diżabbli, il-missier qed jgħix f’infern li fih jiġġieled kuljum kontra n-nuqqas ta’ mħabba — għal kulħadd u għal kollox.
Madankollu, f’dan ir-raħal l-uġigħ ta’ Pietro se jiltaqa’ ma’ forza mhux mistennija: il-ġesti sempliċi imma erojċi ta’ ftit individwi li għadhom jemmnu fi ġmiel l-umanità. Hija proprju din il-forza li tipprovokah biex — anke waqt li qed jgħix l-infern — isib il-ħila fih innifsu jiskopri mill-ġdid il-ġmiel ta’ wieħed mill-aktar sentimenti umani qawwija: l-imħabba tal-ġenituri lejn uliedhom.

Reviews
There are no reviews yet.